Il-Jum it-Tajjeb l-Għeżież!
Din il-ġimgħa f’Malta niċċelebraw waħda mill-akbar attivitajiet tas-sena: il-Karnival. Diġa tkellimna tikka dwar il-karnival, imma ejja ħa nipprattikaw tikka aktar flimkien. Waħda mill-affarijiet favoriti li nħobb nagħmel fil-karnival hija li niekol il-prinjolata li hija deżerta tradizzjonali li tissajjar waqt il-jiem tal-karnival.
Ejja ħa nipprattikaw il-Malti flimkien: għalikom x’ihi l-ħaġa favorita tagħkom dwar il-karnival Malti? Għiduli fil-kummenti!