Ħa ngħidilkom dwari nnifsi!


Loe teksti ja vasta küsimustele.

Apprendista: Hello, Sinjura. Jisimni Anna, u jiena l-apprendista ġdida. Qed nibda l-apprendistat tiegħi fl-istitut tas-sbuħija tiegħek illum.

Maniġer: Hello Anna, jiena Penelope. Jiena l-maniġer tas-salon. Huwa ta' pjaċir għalija li inti parti mit-tim tiegħi. Inti lħaqt issettiljajt?

Apprendista: Iva, grazzi. Wasalt ġimgħa ilu, kelli l-ħin biex nissettilja. Jiena vera kuntenta li qiegħda hawn.

Maniġer: Qabel ma nibdew, irridu nimlew il-ftehim. Tista’ tagħtini l-indirizz u n-numru tat-telefown tiegħek?

Apprendista: Iva, mela. Sibt flat fiċ-ċentru. Jien noqgħod 24 Triq ir-Repubblika u n-numru tiegħi huwa 99930000.

Maniġer: Sewwa, ma tantx hu 'l bogħod. Ejja miegħi, ħa ndawrek mas-salon. Ġibthom miegħek l-affarijiet tiegħek?

Apprendista: Ġibt il-flokk abjad tiegħi.

Maniġer: Jien ser nagħtik smock li huwa bil-kulur tas-salon, sabiex int verament tħossok parti mit-tim. Illum, ser tara kif Jeanne tagħti trattament tal-wiċċ lil klijent. Eh, u l-aħħar ħaġa. Meta tagħmel trattamenti, trid tilbes l-ingwanti, huwa obbligatorju.