Ħa ngħidilkom dwari nnifsi!
Apprendista: Hello, Sinjur. Jisimni Anna, jiena l-apprendista l-ġdida u llum qiegħda nibda l-apprendistat tiegħi fir-razzett tiegħek.
Maniġer: Hello Anna, jiena Antoine, il-maniġer. Huwa ta' pjaċir għalija li inti parti mit-tim tiegħi. Inti lħaqt issettiljajt?
Apprendista: Iva, grazzi. Wasalt ġimgħa ilu, kelli ċans biex nissettilja. Jiena vera kuntenta li qiegħda hawn.
Maniġer: Qabel ma nibdew, irridu nimlew il-ftehim. Tista' tagħtini l-indirizz u n-numru tat-telefown tiegħek?
Apprendista: Iva, mela. Sibt flat fiċ-ċentru. Jien noqgħod 24 Triq ir-Repubblika u n-numru tiegħi huwa 99930000.
Maniġer: Illum ser tgħini niġbor il-bajd u nitma' lit-tiġieġ. Ġibt l-affarijiet tiegħek miegħek?
Apprendista: Ġibt l-overalls tiegħi.
Maniġer: Tajjeb. Għandek dejjem tilbishom biex ma titħammiġx. Ser nagħtik ukoll par ingwanti. Huma rakkomandati.