Tagħti direzzjonijiet


Preberite besedilo in odgovorite na vprašanja.

Ospitant: Hello u merħba  għall-Wirja Agrikola. Kif nista ngħinek?

Viżitatur: Hello, tista’ tgħidli fejn qed issir il-kompetizzjoni għall-isbaħ bhejjem?

Ospitant: Iva mela le. Din qed issir f'Sala Ċ.

Viżitatur: U dik fejn hi?

Ospitant: Ser nurik fuq il-pjanta. Biex tasal Sala Ċ, mur dritt, għaddi Sala A u ibqa' sejjer dritt tul il-kabini tal-għalf tal-bhejjem f'Sala B u tasal f'Sala Ċ. Għad fadallek ftit ħin. Il-kompetizzjoni tibda fit-3pm.

Viżitatur: Iva, se mmur nofs siegħa oħra. Kif nasal għall-kabini tat-tagħmir agrikolu?

Ospitant: Mur dritt u hu t-tieni sqaq fuq il-lemin, l-istands jinsabu fit-tarf tal-isqaq.

Viżitatur: Tajjeb ħafna, grazzi tal-għajnuna tiegħek.

Ospitant: Ta' xejn, nawguralek żjara sabiħa!