Ħa ngħidilkom dwari nnifsi!
Read the text and answer the questions.
Apprendist: Hello, Sinjur. Jisimni Marc, jiena l-apprendist il-ġdid u llum qed nibda l-apprendistat tiegħi fil-lukanda tiegħek.
Direttur: Hello Marc, jiena Antoine, id-direttur tal-lukanda. Huwa ta' pjaċir għalija li inti parti mit-tim tiegħi. Inti lħaqt issettiljajt?
Apprendista: Iva, grazzi. Wasalt ġimgħa ilu, kelli l-ħin biex nissettilja. Jien vera kuntent li qiegħed hawn.
Direttur: Qabel ma nibdew, irridu nimlew il-ftehim. Tista’ tagħtini l-indirizz u n-numru tat-telefown tiegħek?
Apprendist: Iva, mela. Sibt flat fiċ-ċentru. Jien noqgħod 24 Triq ir-Repubblika u n-numru tiegħi huwa 99930000.
Maniġer: Sewwa, ma tantx hu 'l bogħod. Illum, ser tkun qed tosserva r-receptionist tagħna. Ejja miegħi, ser nintroduċik mat-tim. Ġibt l-affarijiet tiegħek miegħek?
Apprendist: Jien ġibt il-flokk l-abjad tiegħi biss.
Direttur: Ok. Ser nagħtik l-uniformi tal-lukanda, trid tilbisha dejjem meta tkun qed taħdem fuq il-post, anke meta tkun qed tnaddaf.