L-ewwel ġurnata tiegħi fuq ix-xogħol: it-2 parti


Read the text and answer the questions.

L-apprendistat tiegħi fil-kura tas-sbuħija beda l-ġimgħa li għaddiet. Dan qed isir ġewwa salon tas-sbuħija. Fil-bidu kont eċċitat ħafna. Kont stressjat ħafna wkoll li se naħdem għal 6 xhur f'pajjiż barrani.

Biex nevita t-trasport pubbliku, għażilt flat li kien qrib l-apprendistat tiegħi. Biex tasal hemm, kemm tibqa' nieżel it-triq. Għandi nimxi biss għaxar minuti, naqsam żewġ intersezzjonijiet, imbagħad nasal.

It-Tnejn kienet ġurnata importanti, l-ewwel ġurnata tiegħi. Qomt kmieni għax kelli appuntament fis-7am fis-salon u ma ridtx nasal tard. Meta wasalt hemm, il-maniġer kienet qiegħda tistennieni. Introduċejt lili nnifsi u tajtha l-ftehim tal-apprendistat tiegħi.

Hi responsabbli minn tim ta’ sitt persuni. Is-salon tagħha joffri diversi servizzi bħal trattamenti tal-wiċċ, kura tax-xagħar, pedikjur u manikjur, iżda wkoll stilizzar tax-xagħar u make-up.

Jien qattajt l-ewwel jum tiegħi mar-reception desk fejn rajt lill-maniġer tilqa' lill-klijenti u tieħu l-ħlasijiet.

It-Tlieta, għent impjegat jagħmel trattamenti tal-wiċċ. Tgħallimt nirrikonoxxi t-tipi differenti ta’ ġilda: niexfa, żejtnija, sensittiva u liema prodotti nuża għal kull waħda. Kienet ġurnata ta' teorija.

L-Erbgħa kien iktar prattiku għax għamilt trattament tal-wiċċ lil klijent. Naddaft il-ġilda tiegħu bl-ilma u s-sapun, u mbagħad applikajt maskra u krema idratanti. Il-klijent kien sodisfatt ħafna, u tani tipp.

Il-Ħamis kont mal-istilista tax-xagħar. Kelli nilqa’ lill-klijenti u naħslilhom xagħarhom. Trid toqgħod attent bit-temperatura tal-ilma. Għandu jkun fietel, la sħun wisq u lanqas kiesaħ wisq. Wara l-ħasil tax-xagħar, rajt lill-istilista tax-xagħar jaqta' x-xagħar b'imqass u moxt. Fl-aħħar tal-ġurnata knist is-salon kollu.

Il-Ġimgħa, ippreparajt il-prodotti għall-manikjur. Dawn huma trattamenti għall-idejn. Għandek bżonn skutella bl- ilma sħun, qoton u lostru tad-dwiefer. Rajt lill-kollega tiegħi jipprepara u jnaddaf id-dwiefer u japplika l-lustrar. Is-salon joffri pedikjur ukoll. Pedikjur huwa trattament għas-saqajn.

Vera ħadt pjaċir fl-ewwel ġimgħa tiegħi f'dan is-salon. It-tim jagħtini pariri u qed nitgħallem ħafna. Imma hija aktar impenjattiva mill-iskola. Kull filgħaxija qed mmur id-dar għajjien ħafna. Fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ser niħodha bilmod u nibqa' ġewwa.

Il-ġimgħa d-dieħla l-maniġer ser tkun assenti. Jiena ser inkun fir-reception desk. Ser inwieġeb it-telefon u nieħu l-appuntamenti. Ser tkun responsabbiltà kbira, nispera li mmur tajjeb!