L-ewwel ġurnata tiegħi fuq ix-xogħol: it-2 parti
Perskaitykite tekstą ir atsakykite į klausimus.
L-apprendistat tiegħi fl-agrikoltura beda l-ġimgħa li għaddiet. Dan qed isir f'razzett kbir. Fil-bidu kont eċċitata ħafna. Kont stressjata ħafna wkoll li sejra naħdem għal 6 xhur f'pajjiż barrani.
Jien ma ngħix daqshekk qrib il-post tal-apprendistat tiegħi. Sibt appartament x'naqsam (flatshare) fil-belt. Irrid naqbad il-karozza tal-linja għal 20 minuta biex nasal fir-razzett. Il-waqfa tal-linja hija biċċa triq lil hinn mill-akkomodazzjoni tiegħi.
Nhar it-Tnejn kienet l-ewwel ġurnata tiegħi. Qomt kmieni għaliex kelli appuntament fl-uffiċċju tar-razzett fis-6:00. Meta wasalt il-bidwi kien qed jistennieni. Introduċejt lili nnifsi u tajtu l-ftehim tal-apprendistat tiegħi. Hu kien ġentili u qalli "Nispera li tħobb il-baqar!".
Hu tani overalls x'nilbes u dawwarni mal-post. Huwa razzett kbir ħafna b'ħames ħaddiema. Huma jbigħu ħalib, frott u ħaxix. Huma jkabbru wkoll qamħ biex jitimgħu l-bhejjem.
Imbagħad, bdejna l-ġurnata tax-xogħol tagħna. Il-ħaddiema poġġew tiben frisk fl-istalla. Dan jagħmilha aktar komda għall-baqar. Wara, huma temgħu l-ħuxlief lill-baqar. Il-baqar jorqdu barra fl-għelieqi u jieklu fl-istalla.
Il-ħuxlief jiġi prodott fir-razzett. Biex tagħmel il-ħuxlief, trid tħalli l-ħaxix jikber fl-għelieqi, imbagħad taħsdu u tħallih jinxef. Meta l-ħaxix ikun niexef, tagħmel balal u taħżinhom. Huma jagħmlu l-ħuxlief f'Ġunju meta t-temp ikun sabiħ.
Għall-ħabta tal-10:00, il-bidwi jidderieġi l-baqar lejn il-kamra tal-ħlib. Huma għandhom jinħalbu filgħodu u bil-lejl. F’nofsinhar, kilt mal-ħaddiema, li offrewli ħafna pariri.
It-Tlieta kont għadni mal-baqar! Din id-darba jiena tmajthom waħdi bil-furkettun. Waranofsinhar, il-bidwi għallimni nsuq it-trattur. Kien diffiċli għall-ewwel għax kienet xi ħaġa ġdida għalija. Imma fl-aħħar irnexxieli.
Fil-jiem taʼ wara, ħdimt fl-għalqa maʼ bidwi. Hu wrieni ż-żrieragħ differenti, il-fertilizzanti differenti, is-serer u l-prodotti li għandhom jinħasdu f'kull staġun.
Vera ħadt pjaċir din il-ġimgħa. Huwa sabiħ li taħdem barra u tieħu nifs f'arja friska. Qiegħda nitgħallem ħafna. Iżda huwa ritmu aktar diffiċli milli fl-iskola. Kull filgħaxija qed mmur id-dar għajjiena ħafna. Fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ser niħodha bilmod u nibqa' ġewwa.
Il-ġimgħa d-dieħla, se nkun qed naħdem fil-ġnien tas-suq. Ser inkun qiegħda niġbor frott staġjonali li jkun misjur. Imbagħad inkun qed inħawwel żrieragħ ġodda u nsaqqi l-ħaxix fis-serer.