“Practise Maltese” Forum

Il-Jum Dinji Dedikat lill-Mara

Il-Jum Dinji Dedikat lill-Mara

le Kris OLS Community Manager -
Number of replies: 0

Il-Jum it-Tajjeb l-Għeżież. 

Illum, jekk forsi rajtu fil-biżibilju (din il-kelma hija mod ieħor kif ngħidu “ħafna”) ta’ posts li rajtu fuq il-pjattaformi soċjali, huwa l-Jum internazzjonali ddedikat lill-mara fejn infakkru u napprezzaw il-kontribuzzjonijiet kontinwi tan-nisa fis-soċjetà tagħna. 

Personalment, jien għandi ħafna nisa f’ħajti li nammira, imma forsi waħda mill-aktar li nammira hija l-kantanta Björk minħabba l-kreattività tagħha. 

Ejja ħa nipprattikaw il-Malti flimkien: għandkom xi mara li tammiraw? Għaliex tammirawha? Għiduli fil-kummenti!