Merħba fil-komunità Maltija ta' OLS! Hawnhekk tistgħu tipprattikaw il-Malti mingħajr pressjoni jew stress u fl-istess ħin tiltaqgħu ma' nies li bħalkom qed jitgħallmu l-Malti. Ħudu din l-opportunità biex taqsmu ma xulxin il-ħsibijiet u l-interessi tagħkom...bil-Malti :)
Għax ma tibdew b'introduzzjoni qasira? Hawn xi ideat ta' x'tistgħu tiktbu fil-kummenti taħt din il-pubblikazzjoni biex nibdew konversazzjoni bejnietna:
- X'jismek u minn fejn int?
- Ġieli ġejt Malta?
- Għalfejn qed titgħallem il-Malti?
- X'inhi l-aktar ħaġa diffiċli li ltqajt magħha waqt it-taħriġ tiegħek fil-Malti?
Ninstab ħerqana ħafna nisma mingħandkom u nsir nafkom aħjar, u fuq kollox, nawguralkom l-isbaħ avventura intom u titgħallmu din il-lingwa unika!