Tagħti informazzjoni


Metni okuyun ve soruları cevaplayın.


Impjegat 1: Hello! Kif mort dalgħodu?

Impjegat 2: Kont pjuttost okkupat, ninsab għajjien. Qed naħdem fis-servizz tal-ġerjatrija. Qattajt filgħodu kollu naħsel il-pazjenti. U inti? Kif mort?

Impjegat 1: Tajjeb. Ilni nimla l-kaxxi tal-pilloli minn dalgħodu. X'ser tagħmel illum waranofsinhar?

Impjegat 2: Irrid nimxi ma’ pazjent fil-ġnien. Imma ser indumu ftit.

Impjegat 1: Meta taħseb li ser tkun lest?

Impjegat 2: Għal ħabta tal-5. Wara, ngħinu jiekol, nagħtih il-mediċina tiegħu imbagħad immur id-dar.

Impjegat 1: Għandek bżonn xi għajnuna?

Impjegat 2: Le, pero grazzi talli staqsejt. Irrid nieħu l-ħin tiegħi biex niżgura li jkun komdu imma ma ngħaġġlux iktar jekk inkunu tnejn.