Sensibilizzazzjoni dwar il-vaċċini għall-professjonisti fl-edukazzjoni primarja u sekondarja

Algumas horas
Principiante

Detalhes do curso

Il-kors huwa għodda maħluqa għall-professjonisti tal-edukazzjoni biex jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-vaċċini fil-klassi u jagħtu spinta lill-fiduċja fil-vaċċini. Dan il-kors, li hu mifrux fuq ħames moduli, jipprovdi l-għarfien espert dwar ix-xjenza li fuqha huwa bbażat l-iżvilupp u l-funzjonament tal-vaċċini. Min isegwih jikseb għarfien siewi dwar ir-regoli u r-regolamenti tas-sikurezza fl-iżvilupp tal-vaċċini u li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tiegħu fil-livelli nazzjonali u tal-UE, kif ukoll fehim aħjar tar-rigorożità xjentifika li tirfed l-ittestjar kliniku; tal-iskedi nazzjonali tal-vaċċinazzjoni, u tal-benefiċċji tal-vaċċinazzjoni fl-istadji diversi tal-ħajja. Barra minn hekk, il-Kors jippromwovi l-litteriżmu dwar il-vaċċini billi jindirizza l-miti komuni dwar il-vaċċinazzjoni u jipprovdi risposti xjentifiċi għalihom.

Dan il-Kors jipprovdi għodod ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta’ livell xieraq li jistgħu jużaw il-professjonisti fl-edukazzjoni biex jgħallmu lill-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji dwar il-vaċċinazzjoni.

Kull modulu ta’ dan il-Kors jinkludi test għal qabel ma jibdew il-kors, filmati edukattivi, test għal wara li jkun sar il-kors, u filmat bi student spjegatur li jgħin lill-għalliema jgħaddu dak li jkunu tgħallmu lill-istudenti tagħhom. Il-moduli huma indipendenti u jistgħu jiġu segwiti fi kwalunkwe ordni.

Target audience

Professjonisti fl-edukazzjoni primarja u sekondarja.

Objetivos de aprendizagem

  • Li jiġi żviluppat jew rinfurzat l-għarfien dwar il-vaċċini u l-vaċċinazzjoni
  • Il-promozzjoni tal-fehmin u tal-attitudnijiet pożittivi
  • Il-promozzjoni tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni fost it-tfal tal-primarja u tas-sekondarja

Oferecido por

Este conteúdo é oferecido pela Comissão Europeia. A Comissão Europeia é o braço executivo politicamente independente da União Europeia. É o único responsável pela elaboração de propostas de nova legislação europeia e implementa as decisões do Parlamento Europeu e do Conselho da União Europeia.

0 (0)

Agenda

  1. Merħba
  2. Modulu 1 - X'inhuma l-vaċċini u kif jaħdmu
  3. Modulu 2 - L-effettività u s-sikurezza tal-Vaċċini
  4. Modulu 3 - Il-vaċċinazzjoni fl-istadji diversi tal-ħajja
  5. Modulu 4 - Skedi nazzjonali tal-vaċċinazzjoni
  6. Modulu 5 - L-eżitazzjoni għall-vaċċinazzjoni u Miti komuni: fatti jew stejjer?

Tags