Il-Jum it-Tajjeb, Komunità tal-Malti!
Għall-blog tal-lum fil-Komunità tat-Tagħlim tal-Malti, se nkunu qed niddiskutu n-nomi; speċifikament “Nomi tal-Aġent”. In-”nomi tal-aġent” huma nomi li jirreferu għall-impjiegi jew il-karrieri tan-nies. Bl-Ingliż, dan it-terminu jirreferi għal kliem bħal “carpenter” (“Mastrudaxxa” bil-Malti). Il-Malti hija lingwa primarjament Semitika fuq livell sintattiku, iżda 50% jew aktar tal-lingwa Maltija hija fil-fatt magħmula minn kliem ta ’oriġini Taljana, b’hekk hemm ħafna varjanti f’kif niffurmaw in-nomi tal-aġent.
FUN FACT: Dawn il-varjanti qegħdin fostna l-aktar minħabba l-fatt li l-Malti probabbilment minn forma ta’ Sqalli-Għarbi (Siculo-Arabic) li llum huwa estint. Dan it-taħlit ukoll seħħ għaliex Malta kienet meqjusa bħala parti minn Sqallija għal porzjon tajjeb mill-istorja tagħha, kif ukoll l-Avvent tal-Kavallieri Hospitallier ta’ San Ġwann li ħakmu fuq Malta għal 268 sena li użaw it-Taljan fuq livell uffiċjali. Fatturi oħra jinkludu wkoll ir-relazzjonijiet kulturali u kummerċjali mill-qrib ta’ Malta mal-Italja minħabba l-qrubija tagħha mal-Italja. Imma kun af: Malta mhix parti mill-Italja! Malta hija nazzjoni indipendenti, u l-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tagħha.
Pulizija: Terminu influwenzat mill-Ġirien Tagħna t-Taljani
Jekk forsi int taf xi ftit bit-Taljan, jien pjuttost ċerta li jkunu jistgħu jagħrfuha din il-kelma. Il-kelma “Pulizija” li tfisser “policeman” jew “policewoman” bl-Ingliż thija kelma li sselfet u nġiebet fil-Malti permezz ta’ l-influwenza tat-Taljan fuq il-lingwa. Din il-kelma ukoll tippreżenta każ rari wkoll b’nomi li jirreferu għal okkupazzjonijiet bil-Malti fejn hemm kelma waħda biss li tista’ tintuża għal persuni ta’ kwalunkwe ġeneru. Anki jekk hemm verżjonijiet tal-kelma li jisseparaw il-maskil u l-femminil (pulizjott/pulizjotta) huwa aktar komuni li jintuża t-terminu newtrali. Hemm ħafna kliem ieħor ġie mit-Taljan biex jiddeskrivi l-impjiegi tan-nies; fosthom:
Kok/a (Chef)
Kantant/a (singer)
Avukat/essa (lawyer)
Mastrudaxxa: Influwenzata minn “la dolce Sicilia”
Din il-kelma partikolari ssemmiet fl-introduzzjoni tagħna. Mhix Taljana, imma tinstema’ Taljana … mela minn fejn ġiet? Il-kelma għal “mastrudaxxa” bil-Malti fil-fatt ġejja mill-Isqalli u ġejja mit-terminu Mastru d’ Ascia (master of the axe).
Għalliem/a: Bl-‘Għ’ xi mkien, tkun taf li l-kelma ġejja mill-Għarbi
Meta tara 'għ' f ’kelma bil-Malti, taf biss li quddiemek għandek kelma ta’ nisel Għarbi. Il-kliem “għalliem” (m.) u “għalliema” (f.) jirreferU għal ‘teacher’. Fi kliem ta’ nisel Għarbi fil-Malti, tipikament tintuża l-istess struttura ta’ kliem bejn nomi li jirreferu għal okkupazzjonijiet. X’nifhmu b’dan eżatt? Ifisser li tipikament jintuża l-istess mudell bejn “għerq” (struttura tal-għerq) u oħra.
B’hekk, jekk ngħidu aħna, l-’għerq’ jkun magħmul mill-konsonanti GĦ-L-M, sabiex il-kelma tiġi konjugata biex jinħolqu nomi li jirreferu għal xogħlijiet partikolari, il-konsonanta f’nofs l-għerq (f’dan il-każ ’L’), tiġi rduppjata filwaqt li l-vokalii li tiġi wara l-ittra rduppjata titwal.
Għalhekk, GĦ-L-M issir Għalliem/a.
Ftit eżempji oħra jinkludu:
B-Ħ-R — > Baħħar/A (baħri)
Ħ-B-Ż — > Ħabbież (furnar)
Ftit kummenti finali
It-tagħlim tal-ismijiet tax-xogħlijiet tan-nies fil-Malti huwa eżempju introduttorju utli ħafna kif wieħed jibda juża l-lingwa Maltija fil-ħajja ta' kuljum. Taf xi nomi oħra bħal dawn li semmejna bil-Malti?
Għidilna nafu fil-kummenti!
– Kris, OLS Community Manager – Maltese