OLS Blog

Eżerċizzju Għall-Milied: Il-Mużika tal-Milied Maltija

Eżerċizzju Għall-Milied: Il-Mużika tal-Milied Maltija

од Kris OLS Community Manager -
Број на одговори: 1

Dan L-Eżerċizzju Huwa Magħmul Għan-Nies Bl-Abbiltà li jifmu u jaqraw il-Malti ta’ Livell B2 tal-Qari u l-Kitba tal-Malti.


Sinjuri u Sinjuri! 


Illum ser nibdew billi nagħmlu naqra eżerċizzju tal-għarfien (comprehension) u l-qari. Hawn taħt għandkom silta li għandha x’taqsam mal-mużika ta’ Malta fi Żmien il-Milied biex tipprattikaw u titgħallmu ftit mill-vokabularju Malti. Fl-istess nifs, ukoll ser tingħataw xi ftit informazzjoni ġdida dwar il-mużika ta’ Żmien il-Milied f’Malta.

 

Mela, aqbdu pitazz jew biċċa karta, stampaw jew niżżlu din is-silta fuq l-għodda elettronika tal-għażla tagħkom, aqbdu lapes jew xi ħaġa li timmarka, u ejjew ħa mmexxu! 


Tinsewx titfgħu r-risposti tagħkom fil-kummenti biex imbgħad nikkorreġuhom flimkien :-) 


Il-Milied Fost il-Maltin


Fost il-Maltin, il-festa tal-Milied hija waħda mill-aktar festi kulturalment importanti. Fost it-tradizzjonijiet li nsibu fi Żmien il-Milied, hemm il-presepji, il-prietka tat-tifel, il-quddiesa ta’ nofsillejl, il-qagħaq tal-għasel, l-imbuljuta u l-mod uniku li għadd ta’ djar iżejnu għal din iċ-ċelebrazzjoni. Għalkemm dawn it-tradizzjonijiet kollha jixirqilhom artiklu għalihom infushom, illum minflok ser niffukaw fuq xi ħaġa li tikkumplimenta, imma li ta’ spiss tkun fl-isfond ta’ għadd ta’ dawn it-tradizzjonijiet: il-mużika tal-Milied. 


Il-kanzunetti li għandhom x’jaqsmu mal-Milied huma ftit mill-aktar għanjiet li l-Maltin jgħożżu. Mill-kanzunetti li nkantaw fil-knejjes sal-X-Tend, il–mużika tal-Milied ma tiqafx f’Malta minn lejn l-aħħar ta’ Novembru sal-bidu ta’ Jannar. 


Il-Mużika fil-Knejjes


Fuq livell kostituzzjonali, Malta hija meqjusa bħala pajjiż kattoliku. Għalkemm il-każ hu li hemm pluraliżmu reliġjuż u kulturali li jmur lura sa żmien ir-Rumani u lil hinn, dan l-element għandu impatt kbir fuq kif il-festi huma ċċelebrati f’Malta, speċjalment fil-każ tal-mużika. Matul is-snin, il-mużika sagra ddominat il-Milied b’kant ta’ korijiet tradizzjonali b’kanzunetti bħal “Ninni La Tibkix Iżjed”, “Qed Jinfirex mal-Widien” u “Ħallejt O Alla s-Sema”. Dawn jitkantaw f’kunċerti tal-Milied u anke fil-famuża quddiesa ta’ nofsillejl u fl-avvent. Il-lum il-ġurnata, dawn il-kanzunetti m’għandhomx biss assoċċjazzjoni reliġjuża, imma waħda kulturali



Il-Mużika tal-Milied Popolari 


FIl-każ tal-mużika tal-milied popolari, f’dawn l-aħħar deċenji għadd ta’ bands u kantanti ħarġu xi kanzunetti b’laqta moderna. Dawn jinkludu kanzunetti bħal  “Christmas Father (Ġibli Pupa)” tal-X-Tend, “Ninu Ninu tal-Milied” ta’ Joanne Mifsud u “Ġej il-Milied”. Dawn il-kanzunetti jindaqqu l-aktar waqt il-festini tal-Milied, fit-toroq Maltin jew waqt xi kunċerti tat-tfal tal-istaġun.


––––––––––––––––––––


Il-Mistoqsijiet


  1. Żmien il-Milied huwa important għal Maltin. Tista’ tgħidli għaliex fl-opinjoni tiegħek?


  1. Semmieli erba’ tradizzjonijiet Maltin marbutin ma’ Żmien il-Milied


  1. Semmieli kelma oħra għal “diska” mis-silta.


  1. Tista’ ssemmieli tradizzjoni jew ikel tradizzjonali Malta marbut mal-Milied li mhuwiex f’din is-silta?


  1. Tista’ tagħtini isem ta’ kanzunetta li hija popolari u mhux sagra?


  1. Ħares lejn dawn il-kliem u qabbilhom mat-tifsira t-tajba bl-Ingliż:



Kor                                         Midnight                       


Presepji                                 Season


Nofsillejl                                  Valleys


Widien                                    Cribs


Staġun                                    Choir



Во одговорот до Kris OLS Community Manager

Re: Eżerċizzju Għall-Milied: Il-Mużika tal-Milied Maltija

од Kris OLS Community Manager -

This exercise is designed for people with the ability to understand and read Maltese of a B2 level of Maltese reading and writing.


Maltese Community!

Today we will start with a few exercises of knowledge (comprehension) and reading. Below you have an excerpt related to Maltese music during Christmas time to practice and learn some of the Maltese vocabulary. At the same time, some new information will also be given about Christmas music in Malta. So, grab a notebook or piece of paper, print or download this passage on the electronic tool of your choice, pick a pencil or a marker, and let’s go!

Do not forget to put your answers in the comments and then correct them together :-)

Christmas Among the Maltese

Among the Maltese, Christmas is one of the most culturally important feasts. Among the traditions we find during Christmas time are cribs, the boy's sermon, midnight Mass, honeybeads, bullying and the unique way that a number of homes decorate for this celebration. Although all these traditions deserve an Article for themselves, today instead we will focus on something complementary, but often against the background of a number of these traditions: Christmas music.

Songs related to Christmas are some of the most popular songs that the Maltese cherish. From the songs we sing in churches to X-tend, Christmas music does not stop in Malta from the end of November until the beginning of January.

Music in Churches

On a constitutional level, Malta is considered a Catholic country. Although the reality is that there is religious and cultural pluralism which goes back to Roman times and beyond, the religious factor has a big impact on how feasts are celebrated in Malta, especially in the case of music. Over the years, sacred music dominated Christmas with the singing of traditional choirs with songs such as “Ninni La Tibkix Iżjed”, “Qed Tinfirex fil-Widien” and “Ħallejt O Alla s-Sema”. They are sung at Christmas concerts and even at the famous midnight Mass and Advent. Nowadays, these songs have not only a religious association, but a cultural one.

Popular Christmas music

In the case of popular Christmas music, in recent decades a number of bands and singers have released songs with a modern touch. These include songs such as “Christmas Father (gibli Pupa)” Tal-X-tend, “Ninu Ninu tal-Milied” by Joanne Mifsud and “Ġej il-Milied”. These songs are played mainly during Christmas parties, on Maltese streets or during some seasonal children's concerts.


––––––––––––––––––––


Questions


1.Christmas time is important for Maltese people. Can you tell me why in your opinion?


2. He mentioned four Maltese traditions related to Christmas


3. I mentioned another word for “disc” from the excerpt.


4. Can you mention a tradition or traditional Maltese food linked to Christmas which is not in this excerpt?


5. Can you give me a name for a song that is popular and not sacred?


6. Look at these words and compare them with the correct meaning in English:



Kor                                         Midnight                       


Presepji                                 Season


Nofsillejl                                  Valleys


Widien                                    Cribs


Staġun                                    Choir