Il-wara nofsinhar it-tajjeb lil kulħadd!
Infakkarkom li tistgħu taċċessaw din il-ħolqa biex tipprattikaw ftit il-Malti tagħkom. Ir-riżorsi li ħa ssibu hawnhekk huma b'xejn u tistgħu tużawhom meta tridu :)
Is-suġġett li nħeġġiġkom tippruvaw illum huwa "il-Ġnien Sabiħ Tiegħi", bl-Ingliż "My Beautiful Garden". Tul dan il-kors ser titgħallmu tesprimu l-opinjoni tagħkom bil-Malti u anke vokabularju marbut mal-pjanti, ġonna u l-ortikultura.
Nawguralkom il-ħidma t-tajba, kemm fil-klassi tal-Malti u kemm fil-ġnien tagħkom intom u tħawlu l-pjanti favoriti tagħkom tas-sajf.
Jekk għandkom xi mistoqsijiet fuq dan il-kors, jien disponibbli biex ngħinkom.
Sarah, OLS Community Manager - Maltese