Għeżież membri tal-komunità Maltija,
X'inhuma l-isbaħ memorji ta' tfulitkom? Forsi xi vaganza mal-familja? Jew inkella, avventura mal-ikbar ħabib tagħkom minn żmien l-iskola?
Tul il-kors li qed naqsam magħkom illum, se titgħallmu titkellmu dwar il-memorji tagħkom u l-esperjenzi ta' ħajjitkom, allura l-kors ħa jiffoka fuq l-użu tal-PASSAT.
Infakkarkom li tistgħu taċċessaw din il-ħolqa biex tipprattikaw ftit il-Malti tagħkom. Ir-riżorsi li ħa ssibu hawnhekk huma b'xejn u tistgħu tużawhom meta tridu :)
Nixtieq nisma l-istejjer tagħkom, tiddejqu xejn tħalluli kumment hawn taħt biex tirrakuntawli l-isbaħ memorji, jew dawk l-iktar tad-daħq, minn tfulitkom.
Sarah, OLS Community Manager - Maltese